Clinfowiki

Immodifika l-ħoloq
Renju tal-Butan
འབྲུག་རྒྱལ་ཁབ་
འབྲུག་རྒྱལ་ཁབ་ – Bandiera འབྲུག་རྒྱལ་ཁབ་ – Emblema
Innu nazzjonali: "Ir-Renju tad-Dragun tar-Ragħad"
Belt kapitali
(u l-ikbar belt)
Thimphu
27°28.0′N 89°38.5′E / 27.4667°N 89.6417°E / 27.4667; 89.6417

Lingwi uffiċjali Dzongkha
Gvern Monarkija Kostituzzjonali Parlamentari Unitarja
 -  Re Jigme Khesar Namgyel Wangchuck
 -  Prim Ministru Jigme Y. Thinley
Formazzjoni
 -  Wangchuk Dynasty 17 ta Diċembru, 1907 
 -  Monarkija Kostituzzjonali 2007 
Erja
 -  Total 38,394 km2 (135)
14,824 mil kwadru 
 -  Ilma (%) 1.1
Popolazzjoni
 -  stima tal-2016 797,765 (165)
 -  ċensiment tal-2005 634,982 
 -  Densità 18.0/km2 (154)
46.6/mili kwadri
PGD (PSX) stima tal-2011
 -  Total $4.287 biljun 
 -  Per capita $6,112 
PGD (nominali) stima tal-2011
 -  Total $1.488 biljun 
 -  Per capita $2,121 
IŻU (2007) 0.619 (medju) (132)
Valuta Ngultrum (BTN)
Żona tal-ħin BTT (UTC+6)
Kodiċi telefoniku 975
TLD tal-internet .bt
Il-popolazzjoni tal-Butan ġie stmata abbażi tal-figura rappurtata ta' madwar miljun fl-1970 meta l-pajjiż issieħeb fil-Ġnus Magħquda u m'hemmx statistika preċiża.
Organizzazzjoni territorjali
Mappa Topografika tal-Butan
Gangkhar Puensum (7,570 m) – prinċipali. L-ogħla muntanja fil-Bhutan, li isimha jfisser "il-quċċata bajda tat-tliet aħwa spiritwali", tokkupa l-ewwel pożizzjoni f'din il-lista u l-40 pożizzjoni fost l-ogħla qċaċet fid-dinja.
Il-muntanja tidher mill-pass Gophu La.
Veduta tal-Gangkhar Puensum meħuda mit-triq bejn Jakar u Ura

Il-Butan (Dzongkha: འབྲུག་ཡུལ་; trażlitterazzjoni tal-Wylie: Brug-Yul "Druk Yul"), uffiċjalment ir-Renju tal-Butan, hu stat interkjuż fl-Asja t'Isfel fit-tarf tal-lvant tal-Himalayas. Hu mdawwar fit-tramuntana miċ-Ċina u fin-nofsinhar, il-lvant u l-punent mir-Repubblika tal-Indja. Iżjed lejn il-punent, hu separat minn-Nepal permezz tal-istat Indjan ta Sikkim, filwaqt aktar lejn in-nofsinhar hu mifrud mill-Bangladexx permezz tal-istati Indjani ta' Assam u Bengal tal-Punent. Il-belt kapitali u l-akbar belt tal-Butan hi Timfu.

Fruntieri tal-Bhutan totali: 1,136 km, pajjiżi tal-fruntiera (2): iċ-Ċina 477 km; Indja 659 km.

Organizzazzjoni territorjali

Il-Butan huwa maqsum f'4 żoni amministrattivi kbar (dzongdey). Waħda ċentrali (kapitali Damphu, b'11,023 km²), dik tal-Lvant (kapitali Mongar, b'10,949 km²), dik tan-Nofsinhar (kapitali Geylegphug, b'8,499 km²), u tal-punent (kapitali Thimphu, b'8,345 km²).