Practical Applications of a SDMS (Scientific Data Management System)
Kontenut
Ateni | ||
---|---|---|
Greċja | ||
| ||
Amministrazzjoni | ||
Stat sovran | Greċja | |
Government agency | Decentralized Administration of Attica (en) | |
Administrative region of Greece | Attika | |
Regional unit of Greece | Central Athens Regional Unit (en) | |
Municipality of Greece | Athens Municipality (en) | |
Kap tal-Gvern | Kostas Bakoyannis (en) | |
Isem uffiċjali | Αθήνα | |
Ismijiet oriġinali | Αθήνα | |
Kodiċi postali |
104 xx-106 xx, 111 xx-118 xxu 121 xx-124 xx | |
Ġeografija | ||
Koordinati | 37°59′03″N 23°43′41″E / 37.9842°N 23.7281°EKoordinati: 37°59′03″N 23°43′41″E / 37.9842°N 23.7281°E | |
Superfiċjenti | 39 kilometru kwadru | |
Għoli | 170 m | |
Fruntieri ma' | Nea Filadelfeia (en) u Zografou (en) | |
Demografija | ||
Popolazzjoni | 643,452 abitanti (2021) | |
Informazzjoni oħra | ||
Fondazzjoni | 7 millennium "BCE" | |
Kodiċi tat-telefon |
210 | |
Żona tal-Ħin | Ħin tal-Lvant tal-Ewropa | |
bliet ġemellati | Amsterdam, Athens (en) , Ashgabat, Barċellona, Beijing, Bejrut, Betlem, Bogotá, Bukarest, Casablanca, Chicago, Damasku, Domodedovo (en) , Famagusta (en) , Istanbul, Ljubljana, Los Angeles, Kiev, Madrid, Belt tal-Messiku, Moska, Napli, Nikosija, Rabat, Reġġju Kalabrija, Rio de Janeiro, Santiago, Sarajevo, Seoul, Sofija, Syracuse (en) , Tirana, Washington, D.C., Yerevan, Boston, Cluj-Napoca, Montreal, Genova, Firenze, Buenos Aires, Liżbona, Cali, Praga, Xi'an, Varsavja, Tbilisi, Ħavana, Cusco, Amsterdam, Atlantau Belgrad | |
cityofathens.gr |
Ateni (Αθήνα) hija l-kapitali u l-ikbar belt tal-Greċja, u tiddomina l-periferija ta' Attika. Ateni hija waħda mill-eqdem ibliet fid-dinja, bl-istorja tagħha tmur lura għal madwar 3,400 sena ilu.
Il-kapitali Griega għandha popolazzjoni ta' 745,514 (fl-2001) fiċ-ċentru amministrattiv tagħha. Iż-żona urbana testendi 'l barra mil-limiti amministrattivi tal-istess belt, b'popolazzjoni ta' 3,130,841 (fl-2001). Ateni hija ċ-ċentru ekonomiku, finanzjarju, industrijali u kulturali tal-Greċja, u fuq livell Ewropew u globali din għandha importanza notevoli.
Ateni hi l-aktar imfakkra fuq il-kotba tal-istorja bħala l-post fejn twieldet id-demokrazija, li kienet is-seded tal-akkademja ta' Platun u l-liċew ta' Aristotli, u kif ukoll il-post tat-twelid ta' Sokrate, Perikle, Sofokle u filosfi u persunaġġi oħra importanti tal-antik. Barra minn hekk, kienet polis prosperuża u hi kkunsidrata bħala l-benniena taċ-ċiviltà tal-Punent.
Tradizzjonalment, il-protettriċi tal-belt hija l-alla Atena, li tidher kemm fl-emblema tal-belt kif ukoll fil-bandiera.
Etimoloġija
Fil-Grieg tal-Qedem, l-isem tal-belt kien Ἀθῆναι (Athēnai, ippronunzjata [a.tʰɛ̂ː.nai̯] bil-Attiku Klassiku) li huwa fil-plural. Fil-Grieg ta' qabel, bhal Grieg Omeriku, l-isem kien fis-singular bħala Ἀθήνη (Athēnē). Huwa possibli li ġiet fil-plural aktar tard, bħal dawk ta' Θῆβαι (Thêbai) u Μυκῆναι (Μukênai). L-għeruq tal-kelma forsi mhumiex ġejjin minn oriġini Grieg jew Indo-Ewropej, u huwa fdal tas-sottostrat Pre-Grieg ta' Attika, kif jista' jkun l-isem tal-alla Atena (Attiku Ἀθηνᾶ, Athēnā, Joniku Ἀθήνη, Athēnē, u Doriku Ἀθάνα, Athānā), li kienet dejjem marbuta mal-belt ta' Ateni. Matul il-perjodu Medjevali l-isem tal-belt reġa' ġie fis-singular bħala Ἀθήνα. Madankollu, wara l-istabbiliment tal-istat Grieg modern, u parzjalment minħabba l-konservattiżmu tal-lingwa miktuba, Ἀθῆναι [aˈθine] għal darba oħra saret l-isem uffiċjali tal-belt u baqa' hekk sal-abbandun tal-Katarevusa fl-1976, meta Ἀθήνα, Athína, saret l-isem uffiċjali.
Koordinati: 37°58′N 23°43′E / 37.967°N 23.717°E