Type a search term to find related articles by LIMS subject matter experts gathered from the most trusted and dynamic collaboration tools in the laboratory informatics industry.
Fil-bijoloġija, speċi hija unità bażika tal-bijodiversità. Fil-Klassifikazzjoni xjentifika, speċi tingħata isem b'żewġ partijiet, bil-Latin. L-ewwel parti huwa l-Ġeneru bl-ewwel ittra kapitalizzata u t-tieni parti eżatt wara miktuba kollha b'ittri żgħar.
Eżempju: il-Bniedem jagħmel parti mil-Ġeneru Homo u l-isem ta' l-ispeċi huwa Homo sapiens. L-isem ta' l-ispeċi huwa magħmul dejjem miż-2 partijiet u jissejjaħ isem binominali jew il-binominal u mhux mit-tieni parti biss (li tissejjaħ l-epitet speċifiku, għall-pjanti, jew l-isem speċifiku, għall-annimali). Il-binominal, li wara ħafna kien ġie formalizzat fil-kodiċi bijoloġiċi tan-nomenklatura, kien introdott bħala xi ħaġa standard minn Carolus Linnaeus fl-1700 u b'hekk irrisulta li xi drabi jissejjaħ in-"Nomenklatura Linnaeusjana". Dak iż-żmien, it-Teorija bijoloġika kienet tgħid li l-ispeċi jirrapreżentaw atti ta' kreazjoni indipendentement minn Alla u b'hekk kienu kkunsidrati objettivament reali u immutabli.
Bl-avvent tat-teorija ta' l-evoluzjoni, il-kunċett ta' Speċi fil-bijoloġija għadda minn bidla kbira, madankollu qatt ma ntlaħaq kunsens fuq id-definizjoni tal-kelma. L-aktar definizjoni komunement użata ta' Speċi hija dik ta' Ernst Mayr. Din id-definizjoni imsemmija bħala l-kunċett ta' speċi bijoloġika jew il-kunċett ta' speċi isolata tgħid; l-ispeċi huma "gruppi ta' popolazjonijiet naturali li attwalment jew potenzjalment jirriproduċu bejniethom li huma riproduttivament isolati minn gruppi oħra ta' dan it-tip". Madankollu, ħafna aktar kunċetti ta' Speċi huma użati (ara Definizjonijiet ta' Speċi hawn taħt).
L-isem xjentifiku ta' speċi propjament irid jinkiteb italizzat. Meta wieħed irid jirreferi għal speċi li mhijiex magħrufha dan għandu jsir billi juża l-abbrevjazjoni "sp." fis-singular jew "spp." fil-plural fil-post fejn jinkiteb it-tieni parti tal-isem tal-ispeċi jew kif jissejjaħ ukoll l-isem speċifiku jew l-epitet speċifiku.
Speċi hija popolazjoni riproduttivament iżolata li taqsam set ta' ġeni u niċċa komuni. Din id-definizjoni tiddefinixxi Speċi riproduttivament, ġenetikament, u ekoloġikament...
Id-definizjoni ta' Speċi hawn fuq li parti minnha hija ta' Ernst Mayr, hija ftit idejalistika. Din tassumi riproduzjoni sesswali, u b'hekk tħalli barra mhux definiti klassi kbira ta' organiżmi li jirriproduċu asesswalment. Il-bijoloġisti ta' spiss ma jkunux jafu do not know whetherjekk 2 gruppi ta' organiżmi morfoloġikament simili humiex "potenzjalment" kapaċi jirriproduċu. Aktar minn hekk hemm ikkunsidrata il-varjazjoni ta' b'liema grad ta' suċċess għandha l-ibridazjoni kemm naturali kif ukoll taħt kundizzjoni sperimentali jew inkella b'liema grad ta' suċċess uħud mil-organiżmi jużaw ir-riproduzjoni sesswali bejniethom biex jipproduċu. B'hekk, jeżistu numru ta' definizjonijiet bi ħsieb ta' Speċi:
Fil-prattika, dawn id-definizjonijiet ħafna drabi jaqblu ħafna bejniethom, u d-differenzi bejniethom magħmula ħafn' aktar mil-emfasi milli mil-kontradizjonijiet. Mhux minn ta' linqas, s'issa 'l ebda kunċett ta' Speċi li ġie propost ma kien totalment objettiv, jew li jista jiġi applikat fil-każi kollha mingħajr ma jkun hemm bżonn għal ġudizju. Bil-ħajja kumplessa kif inhi, uħud argumentaw li definizjoni totalment objettiva għat-tipi kollha tal-ħajja hija pratikament impossibli, w il-bijoloġisti għandhom jużaw l-aktar definizjoni prattika. Għal-biċċa l-kbira tal-vertebrati, huwa il-kunċett tal-iSpeċi bijoloġika, u sa ċertu punt (jew għal skopijiet differenti) il-kunċett tal-iSpeċi filoġenetika. Ħafna sottospeċi tal-kunċett tal-iSpeċi bijoloġika, huma ikkunsidrati Speċi bil-kunċett tal-iSpeċi filoġenetika; id-differenzi bejn il-kunċett tal-iSpeċi bijoloġika w il-kunċett tal-iSpeċi filoġenetika tista tiġborhom f'din is-sentenza il-kunċett tal-iSpeċi bijoloġika jiddefinixxi Speċi b'konsegwenza ta' manifest ta' storja evoluzjonarja, waqt li l-kunċett tal-iSpeċi filoġenetika jiddefinixxi Speċi b'konsegwenza ta' manifest ta' potenzjal evoluzjonarju. B'hekk Speċi b'kunċett tal-iSpeċi filoġenetika tinħoloq meta linjaġġ evoluzjonarju jibda jinfired, waqt li Speċi b'kunċett tal-iSpeċi bijoloġika tinħoloq meta il-firda tal-linjaġġ evoluzjonarju tkun kompluta.
L-ideja ta' l-iSpeċi għandha storja twijla. l-iSpeċi huwa wieħed mill-aktar Taksa jew livelli importanti fil-klassifikazjoni għal ħafna raġunijiet:
Wara użu għal-eluf ta' snien il-kunċett baqa ċentrali għal bijoloġija u għal suġġetti relatati, biss, f'uħud mid-drabi jibqa wkoll definit ħażin u kontroversjali.
Klassifikazzjoni Tassonomika Obbligatorja |
Dominju - Renju - Fajlum (żooloġija) jew Diviżjoni (botanika) - Klassi - Ordni - Familja - Ġeneru - Speċi |