Type a search term to find related articles by LIMS subject matter experts gathered from the most trusted and dynamic collaboration tools in the laboratory informatics industry.
Tip | Gazzetta sportiva |
---|---|
Format | Tabloid |
Proprjetarju | Grupo Unidad Editorial |
Editur | Eduardo Inda |
Fundazzjoni | 1938 |
Alleanza politika | Real Madrid |
Lingwa | Spanjol |
Ċirkulazzjoni | 403,000 |
Sit elettroniku | www.marca.com |
MARCA hi gazzetta sportiva Spanjola li titratta prinċiparjament suġġetti relatati mal-futbol imma tkopri wkoll l-aħbarijiet kurrenti mid-dinja sportiva. Mill-1984, Marca hi f'idejn il-grupp Recoletos. Aktar minn 2,300,000 persuna jaqraw din il-gazzetta, b'din iċ-ċifra tkun l-ogħla waħda għal gazzetta ta' kuljum fi Spanja.[1] Sal-2007, sena li fiha dan il-ġurnal ġie megħlub mill-gazzetta b'xejn 20 minutos, Marca baqgħet bħala l-aktar gazzetta li tinqara fi Spanja.
L-unuri segwenti jingħataw minn MARCA fi tmiem kull staġun:
Marca.com, is-sit uffiċjali tal-gazzetta li nħoloq fl-1995, hu s-sit sportiv l-aktar li jżuruh fi Spanja b'iktar minn miljun viżta kuljum u aktar minn sitt miljun u nofs utent fix-xahar. Mill-2007 ġiet introdotta fil-websajt tagħhom il-paġna "Los Marcatoons" li turi karikaturi tal-personaġġi sportivi l-aktar famużi fi Spanja.
Radio Marca, inawgurat fl-2001, hu l-ewwel radju nazzjonali li joffri informazzjoni sportiva 24 siegħa kuljum.