Type a search term to find related articles by LIMS subject matter experts gathered from the most trusted and dynamic collaboration tools in the laboratory informatics industry.
Ekonomista huwa prattikant fid-dixxiplina tax-xjenzi soċjali tax-xjenza ekonomika.
L-individwu jista’ wkoll jistudja, jiżviluppa u japplika teoriji u kunċetti mix-xjenza ekonomika u jikteb dwar il-politika ekonomika. Fi ħdan dan il-qasam hemm bosta sottooqsma, li jvarjaw minn teoriji filosofiċi wiesgħa sal-istudju ffukat tal-affarijiet minuzjużi fi ħdan swieq speċifiċi, l-analiżi makroekonomika, l-analiżi mikroekonomika jew l-analiżi tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji, li jinvolvu metodi u għodod analitiċi bħall-ekonometrika, l-istatistika, il-mudelli komputazzjonali tax-xjenza ekonomika, ix-xjenza ekonomika finanzjarja, il-finanzi matematiċi u x-xjenza ekonomika matematika.
L-ekonomisti jaħdmu f’ħafna oqsma inkluż f’dawk akkademiċi, tal-gvern u fis-settur privat, fejn jistgħu wkoll “...jistudjaw id-data u l-istatistika sabiex isibu xejriet fl-attività ekonomika, fil-livelli tal-fiduċja ekonomika, u fl-attitudnijiet tal-konsumaturi. Huma jivvalutaw din l-informazzjoni billi jużaw metodi avvanzati tal-analiżi statistika, tal-matematika, tal-ipprogrammar tal-kompjuters u jagħmlu rakkomandazzjonijiet dwar modi kif tista’ tittejjeb l-effiċjenza ta’ sistema jew jittieħed vantaġġ tax-xejriet mill-bidu tagħhom”.[1]
B’kuntrast mal-professjonijiet irregolati bħall-inġinerija, id-dritt jew il-mediċina, ma hemmx rekwiżit edukattiv jew liċenzja meħtieġa legalment għall-ekonomisti. Fil-qasam akkademiku, il-biċċa l-kbira tal-ekonomisti jkollhom dottorat fix-xjenza ekonomika. Fil-gvern tal-Istati Uniti, min-naħa l-oħra, persuna tista’ titqabbad biex taħdem bħala ekonomista diment li jkollha lawrija li inkludiet 21 siegħa f’għadd ta’ semestri fix-xjenza ekonomika u tliet sigħat fl-istatistika, il-kontabilità jew il-kalkoli, jew hija ssupplimentata bihom.[1]
Professjonista li jaħdem f’wieħed mill-ħafna oqsma tax-xjenza ekonomika jew li jkollu lawrija akkademika f’dan is-suġġett spiss jiġi kkunsidrat li huwa ekonomista.[2] Minbarra l-gvern jew il-qasam akkademiku, l-ekonomisti jiġu impjegati wkoll fil-qasam bankarju, fil-finanzi, fil-kontabilità, fil-kummerċ, fil-kummerċjalizzazzjoni, fl-amministrazzjoni tan-negozju, fil-lobbying u fl-organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ.[3]
Il-politiċi spiss jikkonsultaw lill-ekonomisti qabel ma jippromulgaw xi politika ekonomika. Bosta statisti għandhom lawriji akkademiċi fix-xjenza ekonomika.
Dawk li jiggradwaw fix-xjenza ekonomika jistgħu jiġu impjegati b’diversi modi skont ix-xenarju ekonomiku reġjonali u l-kundizzjonijiet tas-suq tax-xogħol f’dak iż-żmien għal pajjiż partikolari. Apparti mill-fehim speċifiku tas-suġġett, min iħaddem jehmżu valur lill-ħiliet tan-numeriżmu u tal-analiżi, lill-kapaċità tal-komunikazzjoni, u lill-kapaċità li jinftehmu kwistjonijiet wiesgħa, li l-individwi ggradwati jiksbu fl-università jew fil-kulleġġ. Filwaqt li jaf ikun mistenni li ftit individwi ggradwati fix-xjenza ekonomika jsiru fil-fatt ekonomisti professjonisti, bosta jqisuha bħala bażi għad-dħul f’karriera fil-finanzi – inkluż il-kontabilità, l-assigurazzjoni, it-taxxi, il-qasam bankarju jew il-ġestjoni. Għadd ta’ individwi ggradwati fix-xjenza ekonomika minn madwar id-dinja rnexxielhom jiksbu impjieg f’varjetà ta’ ditti maġġuri nazzjonali u internazzjonali fis-settur finanzjarju u f’dak kummerċjali, u fil-manifattura, il-bejgħ bl-imnut u t-teknoloġija informatika, kif ukoll fis-settur pubbliku – pereżempju, fis-setturi tas-saħħa u tal-edukazzjoni, jew fil-gvern u fil-politika. Ftit individwi jkompli studji ulterjuri wara li jkunu ggradwaw, fix-xjenza ekonomika, fir-riċerka, fit-taħriġ biex ikunu għalliema jew kwalifiki oħra f’oqsma speċjalisti.[3]
Xi ekonomisti attwali magħrufa sew jinkludu: