Infrastructure tools to support an effective radiation oncology learning health system
Kontenut
Dublin | |||
---|---|---|---|
Irlanda | |||
| |||
Amministrazzjoni | |||
Stat sovran | Irlanda | ||
Province of Ireland | Leinster (en) | ||
Former administrative territorial entity | County Dublin (en) | ||
Kap tal-Gvern | Paul McAuliffe (en) | ||
Isem uffiċjali |
Dublin Baile Átha Cliath | ||
Ismijiet oriġinali |
Baile Átha Cliath Dublin | ||
Kodiċi postali |
D1-18, 20, 22, 24, D6W, D1-18, 20, 22u D6W | ||
Ġeografija | |||
Koordinati | 53°20′59″N 6°15′37″W / 53.3497°N 6.2603°WKoordinati: 53°20′59″N 6°15′37″W / 53.3497°N 6.2603°W | ||
u | |||
Superfiċjenti | 114,990,000 metru kwadru | ||
Għoli | 20 m | ||
Demografija | |||
Popolazzjoni | 592,713 abitanti (3 April 2022) | ||
Informazzjoni oħra | |||
Fondazzjoni | 841 | ||
Kodiċi tat-telefon |
01 | ||
Żona tal-Ħin | UTC±0 | ||
bliet ġemellati | Vilnius, San Jose (en) , Barċellona, Liverpool, Beijing, Milan, Budapest, Yambol (en) , Châteaudun (en) , Podgorica, Bratislava, Guadalajara, Cirebon, Kievu Tbilisi | ||
dublincity.ie |
Dublin (bl-Irlandiż: Baile Átha Claith jew Áth Cliath) hija l-belt kapitali u l-iktar belt populata tar-Repubblika tal-Irlanda. Din tinsab fil-Lvant tal-pajjiż tħares fuq il-Baħar tal-Irlanda. Il-qalba tal-belt għandha kobor ta' 115-il kilometru kwadru, b'popolazzjoni ta' nofs miljun. Bis-subborgi tleħħaq 921-il kilometru kwadru u miljun u mitt elf ruħ.
Il-bidu tal-belt
“ | Li hemm dejjiem huwa l-baħar, il-logħob tad-dawl, |
” |
—Peter Somerville-Large |
Storiċi kienu jsostnu li l-belt twaqqfet mill-Vikingi fis-sena 988 W.K. iżda llum hemm min qed jgħid li dan seħħ qabel. Il-Vikingi spiċċaw miblugħa min-numru akbar ta' Gaels, li kien hemm fuq il-gżira u għażlu li jitħalltu magħhom. Il-post li ħassew li kien xieraq għall-kummerċ fuq l-ilma kien ħdejn għadira sewda, bil-Gejliku, dubh linn. Minn hemm ħareġ l-isem ta' llum.
Ix-xmara Liffey taqsam lil belt fi tnejn, is-South Liffey u n-North Liffey, u n-nies għadha tuża l-isem biex tfisser liema l-inħawi tal-belt trid tmur.
Ftit kilometri 'l fuq mal-kosta hemm il-port ta' Howth, mimli bid-dgħajjes tas-sajd u tat-tkarkir. Howth jipprovdi lil Dublin bil-frott tal-baħar u l-ħut frisk li l-Irlanda hija tant magħrufa għalihom.
Il-qalba ta' Dublin
L-akbar attivita f'Dublin tinsab fil-qalba, li hija fit-toroq ta' madwar O'Connell Street. Hawn insibu l-qrati f'Four Courts, il-Bank of Ireland, il-mekka tal-pabbijiet f' Temple Bar u Trinity College. Dawn kollha jistu' jintleħqu bi ftit minuti mixi, fosthom bl-użu ta' numru ta' pontijiet li jsallbu x-xmara Liffey. L-aktar tnejn magħrufa huma Grattan Bridge u Hal'penny Bridge, mlaqqma hekk għan-noll ta' nofs sold li wieħed jħieġlu jħallas biex jaqsam.
Kittieba Dubliniżi
Dublin tat lil-letteratura Ingliża għadd ġmielu mill-aqwa kittieba ta' l-aħħar mitt sena. Ħafna spikkaw fil-qasam drammaturgu, u jista' jkun li t-tqanqil politiku fil-pajjiż kontra l-ħakma Ingliża nebbaħ kitbithom.
Fost dawn insibu lil James Joyce, William Butler Yeats, Seán O'Casey, Brendan Behan, Oliver Goldsmith, Samuel Beckett u anki Bram Stoker, li ħoloq il-karattru tal-vampir Drakula.
Fost il-kotba ta' James Joyce hemm Ulysses, li ġie mitbugħ fl-1922. Kritiċi letterarji jqisuh bħala wieħed mill-aqwa kotba modernisti tas-Seklu Għoxrin. L-istorja hija minsuġa dwar jum fil-ħajja tal-karattru fittizju Leopold Bloom f'Sandycove u Dublin fis- ta' Ġunju, 1904. Dan il-jum jiġi mfakkar bħala Bloomsday, u ħafna jgħadduh jixorbu l-inbid. Wieħed jara wkoll sinjali mal-art f'Dublin li jfakkru fejn Bloom mexa' fil-ktieb u segwaċi ta' Joyce jsegwu l-passi, imqar jekk mistħajla, tiegħu.
Mużiċisti Dubliniżi
Fost l-aktar mużiċisti magħrufa fil-qasam kummerċjali li twieldu f' Dublin hemm Bob Geldof fl-1951, li kien il-kantant tal-grupp Boomtown Rats, Paul Hewson, magħruf bħala Bono fl-1960 u Sinead O'Connor, li twieldet hawn fl-1966. Bono huwa l-kantant tal-grupp rokk U2. Huwa wkoll is-sid tal-lukanda Clarence, li tinsab fuq ix-xmara Liffey. O'Connor hija magħrufa għal-lirika u l-imġieba kontroversjali tagħha, u kemm il-darba sfidat lil-mexxejja reliġjużi kattoliċi u lill-Kuruna Ingliża. Hija tgħix fi Bray, viċin ta' Dublin.
Fil-qasam folk kien hemm ħafna gruppi, fosthom The Dubliners u The Chieftains. Dawn ma għandhomx jitħalltu ma' dawk li li jitqiesu bħala forom ta' mużika tradizzjoni mhux kummerċjali, li għadek issib xi drabi fil-partijiet imwarrba tal-pajjiż.
Filwaqt li ħafna mill-kunċerti jsiru fit-teatri u l-pabbijiet tal-belt, dawk kbar fil-magħluq jinżammu f' The Point Theatre, li jesa' 8,500. Dawn għandu jitwaqqa' u jinbena mill-ġdid lejn tmiem l-2007. Il-kumpanija taż-żfin Riverdance, immexxija minn Bill Whelan, tat ħafna kunċerti hawn.
Il-kultura tax-xorb
Ma tistax issemmi lil Dublin u tinsa' lil Guinness, il-fabbrika tal-birra skura magħrufa mad-dinja kollha. Din twaqqfet fl-1759 u tinsab f'St James' Gate Brewery.
Il-Guinness Storehouse, għoli seba' sulari huwa l-aktar post imfittex minn dawk li jkunu qed iżuru l-Irlanda, fejn xi ftit jintgħażlu wkoll sabiex iduqu l-birra fil-laboratorju, jekk inkella jixorbu mill-Gravity Bar, minn fejn wieħed iġib lil Dublin taħtu.
Kif tasal Dublin
Dublin hija moqdija tajjeb mill-ajruport tagħha, Dublin Airport, li qiegħed 10 kilometri biss 'il bogħod mill-qalba tal-belt, f' Collinstown. Dan huwa wieħed mill-aktar ajruporti li jara ċaqliq t' ajruplani fid-dinja. Il-kumpanija nazzjonali Aer Lingus ittir lejn ħafna pajjiżi, kif jagħmlu aktar minn disgħin kumpanija oħra. Kumpaniji oħra Irlandiżi li jtiru minn hawn huma Aer Arann u Ryanair, li anki ttir lejn Malta.
Fost id-destinazzjonijiet imfitxxija hemm San Francisco, New York u Boston, fejn hemm komunitajiet kbar ta' Irlandiżi.
Il-ferroviji, operati mill-kumpanija Iarnród Éireann, tgħaqqad l-ibliet ta' l-Irlanda b'linji li jitilqu mill-istazzjonijiet Heuston, għan-nofsinhar u l-punent tal-gżira fosthom Cork, Galway u Limerick; Connolly għal Belfast, Dundalk, Drogheda, Sligo u Wexford; u l-istazzjon Pearse għall-inħawi ta' Dublin.
Trasport madwar Dublin
Minbarra hekk hemm ukoll is-servizz DART (Dublin Area Rapid Transit), li huwa mezz irħis u komdu sabiex tasal malajr fl-inħawi tal-belt, fosthom Howth, Bray u Wicklow. Biljett jiswa' daqs prezz ta' gazzetta Irlandiża, u l-passiġġier huwa obligat li jħassar il-biljett hekk kif jitla fuq l-istaffa. Is-servizzi tad-DART jaħdmu minn filgħodu kmieni sa' nofsil-lejl.