FAIR and interactive data graphics from a scientific knowledge graph

Fl-informatika dipendenza jew coupling hija l-kejl ta' kemm il-moduli ġo programm huma relatati. Iktar ma jkunu relatati, iktar ħa jkun hemm possibiltà li żball f'modulu minnhom jaffetwa l-bqija. Jiġri wkoll li jkun iktar diffiċli li taqbad modulu wieħed u tieħdu ġo programm ieħor jew tbiddel modulu ma' ieħor ġdid. Għalhekk hu mixtieq li l-livell ta' dipendenza jkun baxx ħafna b'hekk il-moduli jkunu indipendenti ħafna.

Hemm kuntrast bejn Dipendenza u Cohesion minħabba li dawn imorru kontra xulxin.

Meta moduli jkollhom ftit Dipendenza, xorta jkunu jistgħu jgħajtu lil xulxin. L-importanti huwa li moduliDi ħdejn jew ġo xulxin jkunu jiddependu minn l-inqas fuq xulxin.

Tipi ta' Dipendenza

Content jew Context (l-iktar dipendena u l-agħar) Meta modulu jtbiddel modulu ieħor (hemm lingwi bħall-Lisp li tista' tbiddel il-kodiċi ta' moduli oħra) billi tbiddel jew taqra memorja riżervata għal modulu ieħor jew inkella taqbeż għal ġo modulu ieħor permezz ta' goto.

Eżempju: Tagħmel goto statement bil-Pascal għal label li qiegħda ġo procedure oħra.

Common

Meta modulu jaqsam riżors komuni ma' moduli oħra.

Eżempju: Meta żewġ moduli jużaw l-istess global variables.

Control

Meta modulu jibgħat flag variable lil modulu ieħor biex jgħidlu x'għandu jagħmel.

Eżempju: Modulu jirritorna jekk ġarax żball fih lil modulu ieħor biex fil-każ jieħu ħsieb l-iżball f'dak il-modulu.

Stamp

Meta modulu jirċievi iktar informazzjoni milli għandu bżonn.

Eżempju: Modulu li jirċievi record sħiħ ta' informazzjoni meta jkollu bżonn biss field waħda.

Data

Meta modulu jirċievi u jibgħat l-informazzjoni kollha neċessarja permezz ta' parameters. L-inputs tal-modulu jintużaw biss biex tiproduċi output minnhom.

Eżempju: Modulu A li jikkalkula medja u li juża modulu B biex issib it-total. Module A jibgħat in-numri li ħa jiġu proċessati lil modulu B, u B jirritorna t-total biss.

Referenzi

www.cs.unc.edu